Servizzi

Aċċess għall-Programm

Kif il-pazjenti jistgħu jaċċessaw dan il-programm?

Programm Nazzjonali Speċjalizzat Ħafna Ta’ Riferiment Barra Minn Malta

L-Unità hija responsabbli għall-arranġamenti loġistiċi tal-pazjenti li jeħtieġu kura barra minn Malta. Il-pazjenti jistgħu jiġu riferuti permezz ta’ rotot differenti, jiġifieri, jew skont il-Ftehim Bilaterali bejn ir-Renju Unit u Malta li ilu jeżisti jew skont ir-Regolamenti tal-UE (Rotta S2) jew il-Ftehim mal-ISMETT (Palermo).

L-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni tat-Trattament Barra minn Malta

L-għan ta’ dan l-uffiċċju huwa li jikkoordina l-proċedura ġenerali li tinvolvi l-Programm Nazzjonali Speċjalizzat Ħafna ta’ Riferiment Barra minn Malta. Barra minn hekk dan l-Uffiċċju huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-arranġamenti loġistiċi fir-rigward ta’ kliniċi u proċeduri kirurġiċi fl-Isptar Mater Dei mwettqa minn konsulenti barranin li jżuru l-isptarijiet f’Malta.