Rapporti Annwali

Kif il-pazjenti jistgħu jaċċessaw dan il-programm?

Pazjent jista’ jkollu aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa barra minn Malta bħala pazjent sponsorjat mill-Gvern wara li jkun għadda b’suċċess mill-proċedura deskritta hawn taħt.

Il-pazjent irid ikun qed jingħata trattament f’entità tal-Gvern għall-Kura tas-Saħħa f’Malta u jrid ikun taħt il-kura ta’ konsulent impjegat mal-Gvern ta’ Malta.

Il-pazjent irid ikun irċieva t-trattament kollu possibbli u jkun għadda mill-investigazzjonijiet kollha possibbli lokalment.

Il-konsulent lokali jitlob li l-pazjent jiġi riferut għal aktar trattament meta l-għażliet lokali kollha jkunu ġew eżawriti; imbagħad il-pazjent jiġi riferut għal aktar investigazzjonijiet u/jew trattament fi sptar tal-NHS barra mill-pajjiż mill-konsulent lokali tiegħu.

Il-konsulent lokali li jieħu ħsieb il-pazjent irid jimla formola ta’ riferiment għall-konsiderazzjoni mill-Kumitat tat-Trattament Barra minn Malta. Għandu jitfassal sommarju mediku li jiġi mehmuż mal-formola ta’ referenza.

Il-formola ta’ referenza għandha tiġi approvata mil- Clinical Chairperson tal-ispeċjalità li tirreferi.

Il-formola ta’ riferiment u s-sommarju mediku mbagħad jiġu riveduti mill-Kumitat tat-Trattament Barra minn Malta li jieħu d-deċiżjoni finali dwar jekk il-pazjent ikunx approvat jew le.

Ir-rekords u l-iskans mediċi jintbagħtu fi sptarijiet barra minn Malta għal evalwazzjoni u pariri minn konsulenti barranin.