PROGRAMM NAZZJONALI SPEĊJALIZZAT ĦAFNA TA' RIFERIMENT BARRA MINN MALTA

Ħarsa ġenerali:

It-Taqsima hija responsabbli għall-arranġamenti loġistiċi għall-pazjenti li jeħtieġu kura barra minn Malta. Il-pazjenti jistgħu jiġu riferuti taħt protokolli differenti, jiġifieri, jew taħt il-Ftehim Bilaterali bejn ir-Renju Unit u Malta li ilu jeżisti jew skont ir-Regolamenti tal-UE (Rotta S2) jew il-Ftehim mal-ISMETT (Palermo).

Is-servizzi offruti permezz ta’ dan il-programm huma kkunsidrati bħala estensjoni għas-servizzi li qed jiġu offruti lokalment. Każijiet riferuti barra minn xtutna jeħtieġu tagħmir speċjalizzat u interventi speċjalizzati ħafna li jistgħu jiġu offruti fi ftit ċentri barra minn Malta.

Madankollu l- Ministeru għas-Saħħa qed jesplora kontinwament oqsma fejn tinvesti u tiżviluppa trattament speċjalizzat f’Mater Dei sabiex jitnaqqas in-numru ta’ pazjenti li qed jiġu riferuti barra minn Malta. Dan bil-għan li jitnaqqas il-piż u t-tbatija li jgħaddu minnhom il-familji meta jkollhom jitilqu minn Malta għall-kura.

The Department

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.