L-Uffiċċju ta' Koordinazzjoni tat-Trattament Barra minn Malta

Ħarsa ġenerali:

L-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni tat-Trattament barra minn Malta huwa bbażat fl-Isptar Mater Dei, fil-Blokk Amministrattiv. L-għan ta’ dan l-uffiċċju huwa li jikkoordina l-proċedura ġenerali li tinvolvi l-Programm Nazzjonali Speċjalizzat Ħafna ta’ Riferiment Barra minn Malta. Barra minn hekk dan l-Uffiċċju huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-arranġamenti loġistiċi fir-rigward ta’ kliniċi u proċeduri kirurġiċi fl-Isptar Mater Dei mwettqa minn konsulenti barranin li jżuru l-isptarijiet f’Malta.

L-Uffiċċju tal-Uffiċjal Mediku Ewlieni qiegħed kontinwament jwettaq studji ta’ probabbiltà biex jevalwa liema servizzi jistgħu jiġu introdotti fl-Isptar Mater Dei permezz ta’ żjarat regolari minn konsulenti li jżuru pajjiżna.

Numru ta’ Konsulenti mir-Renju Unit u Sqallija minn oqsma ta’ speċjalizzazzjoni differenti jiġu mistiedna regolarment kull sena biex iwettqu kliniċi u proċeduri kirurġiċi fl-Isptar Mater Dei. Permezz ta’ dawn iż-żjarat, numru ta’ pazjenti ma jkollhomx bżonn li jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit għall-kura peress li dan jkun se jiġi offrut f’Malta. Dawn iż-żjarat mhux biss iservu biex itaffu l-piż tal-ivvjaġġar għall-pazjenti u l-qraba tagħhom iżda jservu wkoll bħala kuntatt siewi għall-Professjonisti tas-Saħħa lokali.

Permezz ta’ dawn iż-żjarat il-Ministeru għas-Saħħa jfittex li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-Isptar Mater Dei u l-isptarijiet barranin.

Kif jista’pazjent jiġi ttrattat minn Konsulent Viżitatur Barrani?

Il-konsulenti lokali huma f’kuntatt mill-qrib mal-konsulenti viżitaturi barranin biex flimkien jikkoordinaw il-kura tal-pazjenti. Meta jkunu magħrufa d-dati meta l-konsulenti se jżuru, dawn jiġu kkomunikati lill-konsulenti lokali biex iħejju l-listi ta’ pazjenti li għandhom jattendu l-kliniċi. Matul dawn il-kliniċi, il-konsulenti barranin ifasslu l-lista ta’ pazjenti li jkollhom bżonn kirurġija barra minn Malta u dawk li jistgħu jiġu kkurati lokalment.

M’hemm l-ebda referenza diretta għall-kliniċi tal-konsulenti viżitaturi. Il-pazjenti jridu jkunu taħt il-kura ta’ Konsulent tal-Gvern lokali li jirreferi lill-pazjent lill-konsulenti li jkunu qed iżuru meta jitqies li jkun meħtieġ. Il-konsulenti lokali għandhom ikunu fl-istess speċjalità tal-konsulent viżitatur.

Jinżamm kuntatt kontinwu bejn konsulenti lokali u konsulenti viżitaturi biex tiġi aċċertata l-kontinwità tal-kura.

The Department

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.