Struttura

X’inhu l-Kumitat tat-Trattament Barra minn Malta ?

Il-Kumitat tat-Trattament Barra minn Malta huwa magħmul minn chairperson, tnax-il membru, u segretarju. Il-membri tal-Kumitat jinħatru mill-Ministru u r-responsabbiltà tagħhom hija li jevalwaw il-forom kollha ta’ riferiment ta’ pazjenti li jkunu qed jiġu rrakkomandati għal aktar kura barra minn Malta. Tmienja mill-membri tal-Kumitat huma Konsulenti li jaħdmu f’oqsma differenti fl-Isptar Mater Dei u membru wieħed huwa lajk li jirrappreżenta lill-pubbliku.

Il-Kumitat huwa wkoll responsabbli wkoll li jipprovdi rakkomandazzjonijiet kliniċi lill-Ministeru għall-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda fis-sistema tal-kura tas-saħħa permezz ta’ trattament barra minn Malta jew permezz ta’ konsulenti barranin li jżuru l-isptarijiet tagħna.

Il-Kumitat jiltaqa’ biex jiddiskuti każijiet u kwistjonijiet oħra kull xahar; madankollu sabiex il-pazjenti ma jitħallewx jistennew wisq għal deċiżjoni, il-każijiet jiġu ċċirkolati kull ġimgħa permezz ta’ emajl lill-membri kollha għal reviżjoni u deċiżjoni.

X’inhuma l-kriterji użati mill-Kumitat tat-Trattament Barra minn Malta biex jiddeċiedu dwar riferimenti għall-pazjenti?

Kwalunkwe deċiżjoni li għandha tittieħed mil- kumitat fir-rigward ta’talbiet għal trattament barra mill-pajjiż għandha tkun b’deċiżjoni miftiehma tal-maġġoranza tal-membri.

Kull formola ta’ riferiment hija evalwata għar-raġunijiet li ġejjin:
Is-servizz ma jistax jingħata lokalment.
Il-każ jiġi diskuss ma’ konsulenti lokali oħra fi speċjalitajiet oħra u b’hekk jiġi aċċertat li l-pazjent ikun irċieva kull trattament possibbli lokalment.
Is-servizz li qed jintalab jifforma parti mill-pakkett tal-Kura tas-Saħħa ta’ Malta.
Is-servizz li qed jintalab huwa klinikament ippruvat u mhuwiex fil-fażi esperimentali tiegħu.

Aktar informazzjoni klinika tista’ tintalab mingħand konsulenti li jieħdu ħsieb il-pażjenti lokalment sabiex ikun hemm stampa aktar ċara tal-aspetti mediċi tal-każ taħt reviżjoni. i. Id-deċiżjonijiet tal-Membru tal-Kumitat jiġu kkomunikati lill-Konsulenti Riferenti sabiex jiggwidaw lill-pazjent kif xieraq.

Termini ta’ Referenza tal-Kumitat.
Il-Kumitat Konsultattiv Trattament Barra minn Malta (TAAC) – (magħruf qabel bħala Il-Kumitat tat-Trattament Barra minn Malta– TAC) jinħatar mill-Ministru tas-Saħħa.

Il-Kumitat tat-Trattament Barra minn Malta għandu jkun magħmul minn President, tnax-il membru u segretarju.

Kwalunkwe deċiżjoni li għandha tittieħed mil- kumitat fir-rigward ta’talbiet għal trattament barra mill-pajjiż għandha tkun b’deċiżjoni miftiehma tal-maġġoranza tal-membri.

Il-mandat u l-funzjonijiet tal-Kumitat għandhom ikunu: 

  • li jiġu stabbiliti politiki u kriterji, inklużi in-natura u t-tip ta’ kundizzjonijiet li għalihom jista’ jiġi kkunsidrat trattament barra minn Malta, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet mediċi, ir-restrizzjonijiet finanzjarji u r-regolamenti tal-komunità;
  • li jevalwaw u japprovaw jew inkella jirrifjutaw talbiet għal trattament barra minn Malta. Dawn it-talbiet għandhom isiru biss mill-konsulent responsabbli għall-pazjent permezz tal-Clinical Chair;  
  • li jirrevedi trattament jew investigazzjonijiet stabbiliti li normalment isiru barra minn Malta u jirrakkomanda l-inklużjoni fis-servizzi tal-kura tas-saħħa pprovduti mill-entitajiet tal-kura tas-saħħa pubblika Maltin, skont il-ħtieġa 
  • biex jevalwaw u japprovaw jew inkella jirrifjutaw talbiet għat-twaqqif ta’ servizzi ġodda lokalment permezz ta’ konsulenti barranin viżitaturi